Kif tevita skemi qarrieqa

Skip listen and sharing tools

Skema qarrieqa hija manuvra ta' ngann min-nies bla skrupli biex jisirqulek flusek jew l-informazzjoni personali.

Dawk li jingannaw lill-ħaddieħor jistgħu jużaw it-telefon, imejl, messaġġ bil-kitba u bil-posta biex jikkuntattjaw lin-nies. Ħawn taħt hawn xi informazzjoni biex tgħinek tidentifika u tipproteġi lilek innifsek minn tliet skemi qarrieqa l-aktar komuni.

Skemi qarrieqa ta' lotteriji

Dawk li jingannaw lill-ħaddieħor jibgħatulek ittra li tidher ġenwina, imejl, messaġġ bil-kitba jew ipoġġu informazzjoni fuq il-midja soċjali li tgħidlek li rbaħt premju. Dan il-premju jista' jkun flus, vaganza, smartphone jew vawċer tax-xiri. Biex tikklemja l-premju jgħidulek biex l-ewwel tħallas taxxa jew ammont ta' flus, jew tibgħatilhom id-dettalji tal-bank tiegħek.

Xi sinjali ta' twissija ta' din l-iskema qarrieqa jinkludu:

  • Il-premju jkun għal lotterija jew kompetizzjoni li int ma dħaltx għaliha
  • int kont mitlub/a li ċċempel numru jew tibgħat imejl bid-dettalji personali tiegħek
  • int għandek tibgħat ammont ta' ħlas jew dettalji tal-bank biex itkklemja il-premju tiegħek
  • numru ta' kaxxa tal-uffiċċju postali (PO), indirizz tal-imejl jew telefon mowbajl jingħataw bħala informazzjoni ta' kuntatt (indirizz tat-triq ma jkunx ipprovdut).

Skema qarrieqa ta' ħlas lura

Dawk li jingannaw lill-ħaddieħor jippretendu li jkunu minn organizzazzjoni tal-gvern, ta' bank jew organizzazzjoni oħra magħrufa u jgħidulek li inti għandek tkun mogħti/mogħtija xi flus - imma l-ewwel għandek tħallas ammont ta' flus għal amministrazzjoni jew ammont simili biex 'tieħu lura' l-flus. Xi wħud minn dawk li jingannaw lill-ħaddieħor jgħidulek wkoll li l-pensjoni jew l-allowance tiegħek ma kinitx imħallsa kollha jew li l-kontijiet ta' utilità kienu mħallsa b'ammont żejjed bħala raġuni għaliex għandek tirċievi ħlas lura.

Bank ġenwin, negozju jew dipartiment tal-gvern qatt ma jikkuntattjak u jgħidlek li inti għandek tingħata xi flus imma trid tħallas biex ikollok aċċess għalihom.

Skemi qarrieqa ta' mħabba

Dawk li jingannaw lill-ħaddieħor javviċinaw lill-vittmi fuq websajts leġittmi fejn jiltaqgħu koppji. Meta jkun stabbilit l-interess, iwarrbu l-kuntatti kollha għal fuq imejl personali u jibdew iċemplu jew jibagħtu messaġġi immedjati. Biż-żmien, dawk li jingannaw lill-ħaddieħor jibnu relazzjoni online mal-vittma, u jagħmlu minn kollox biex jirbħu l-fiduċja u l-affezzjoni tagħhom.

Eventwalment, dawk li jingannaw lill-ħaddieħor joħolqu storja dwar il-bżonn ta' flus, ħafna drabi li għandha x'taqsam ma' mard jew ma' korriment ta' membru tal-familja, jew biex iħallsu għal investiment. F'dan il-punt, il-vittma ħafna drabi tkun waqgħet għal min ikun qed jingannaha u tibgħat il-flus mingħajr ma taħsibha, anke meta l-familja jew il-ħbieb jgħidulha li qed tkun ingannata. Meta l-flus jintbagħtu minn kont għall-ieħor jew permezz ta' trasferiment ta' fondi, ikun kważi impossibbli biex teħodhom lura.

Ipproteġi lilek innifsek - punti importanti li għandek tifkatar dwar skemi qarrieqa

  • jekk il-biċċa tidher tajba wisq biex tkun vera, probabbilment mhix vera
  • oqgħod attent/a ħafna minn imejls, telefonati jew ittri li ma jkunux instigati minnek li jgħidu li għandek fondi li ma kklemjajtx jew għandek tingħata flus
  • qatt tibgħat flus jew dettalji tal-bank tiegħek biex tikklemja premju jew ħlas lura
  • iċċekkja jekk int dħaltx biex tieħu sehem fil-lotterija jew biex tirbaħ premju u ftakar li lotteriji leġittmi ma jitolbukx biex tħallas ammont ta' flus biex tieħu dak li rbħat jew premijiet
  • qatt tħallas għal xi ħaġa b'money order jew wire transfer - uża dejjem metodu sigur bħal credit card jew PayPal
  • oqgħod attent/a minn websajts foloz li jużaw logos li jidhru leġittmi minn banek magħrufa sewwa jew organizzazzjonijiet oħra - jekk ma tkunx ċert/a, ikuntattja l-bank jew l-organizzazzjoni direttament biex tiċċekkja
  • tużax links f'imejl biex tikkuntattja n-negozju. Dejjem sib informazzjoni ta' kuntatt billi tuża search engine, id-direttorju tat-telefon jew sors indipendenti ieħor
  • qatt tibgħat flus lil xi ħadd li ma tkunx iltqajt miegħu/magħha personalment, anke jekk tkun kellimtu/kellimtha jew tkun irċivejt rigali minn għandhom
  • isma' dak li jgħidulek membri tal-familja u l-ħbieb jekk ikunu mħassba dwar xi ħadd li tkun iltqajt miegħu online
  • oqgħod attent/a jekk waqt li tkun qed tfittex li tiltaqa' ma xi ħadd online, ir-ritratti ta' profil ma jaqblux mad-deskrizzjonijiet jew jidhru li kienu meħuda minn xi magażin.

Kif tieħu azzjoni kontra skemi qarrieqa

Jekk taħseb li xi ħadd qarraq bik, ikkuntattjana mill-ewwel biex tirrapporta l-inċident. Jiddependi skont is-sitwazzjoni, jista' jkun li tkun tista' tieħu flusek lura permezz tal-provveditur tal-credit card tiegħek jew tal-bank.

Jekk ma tkunx tista' tieħu flusek lura, xorta huwa importanti li tirrapporta l-inċident, billi l-informazzjoni tista' tgħinna biex inwaqqfu li oħrajn ikunu ngannati.

Kun af aktar dwar kif tevita skemi qarrieqa billi tara l-vidjows tagħna ta' Stevie's Scam School għall-konsumaturi u għal negozji żgħar.