Ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor huma rġiel li jippretenduha tas-sengħa li jħabbtu fuq il-bibien tad-djar u tan-negozji żgħar, u joffru li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni.
Jidhru aktar sikwit waqt li t-temp jisħon u wara diżastri naturali, bħal m'huma għargħar, nirien u maltempati, meta nies vulnerabbli jkunu qegħdin inaddfu jew jirranġaw il-propjetajiet tagħhom.
Ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor joffru li jagħmlu xogħol bħal jirranġaw il-wiċċ tad-driveway, xogħol ta' żebgħa, tiswija tal-oqsfa u tindif tat-tapit tad-dar b'rati rħas. Ħafna drabi, jagħmlu pressjoni fuq in-nies u joffru prezzijiet speċjali 'today only' (għal-lum biss).
Għaliex għandek tevitahom?
Ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor jitolbu għal flus kontanti qabel jibdew ix-xogħol u ħafna drabi josfru hekk kif tħallashom.
Jekk jagħmlu xi xogħol, ħafna drabi ma jkunx komplut jew ta' kwalità fqira.
Imorru minn post għall-ieħor malajr u ħafna drabi jagħtuk biss l-ewwel isem tagħhom u numru tal-mowbajl – għalhekk biex tikkuntattjahom wara jkun diffiċli.
Min x'hiex għandek toqgħod attent/a?
Kun suspettuż/a min-nies li:
- jħabbtu l-bieb tiegħek bla mistenni u joffru li:
- jiżbgħulek id-dar
- jagħmlu xogħol fil-ġnien tiegħek jew jaqtgħu s-siġar
- jirranġaw il-wiċċ tad-driveways
- jirranġawlek is-saqaf
- joffru ftehim ta' xogħol irħis billi jużaw kliem bħal 'for today only' (għal-lum biss)
- jitolbu għal flus kontanti bil-quddiem
- joffru li jsuquk sal-bank biex iġġib il-flus biex tħallas għax-xogħol
- jagħmlu pressjoni fuqek biex taċċetta l-offerta tagħhom
- jgħidu li jistgħu jagħmlu x-xogħol issa billi xogħol ieħor fil-viċin kien ikkanċellat.
Ipproteġi lilek innifsek – pariri biex tikkumbatti ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor
Jekk tissuspetta li ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor qegħdin iħabbtu l-bieb tiftaħx.
Jekk tkellimhom, għidilhom biex jitilqu. Jekk jirrifjutaw li jitilqu jkunu qegħdin jiksru l-liġi.
Irreżisti l-offerta għal ftehim ta' xogħol bl-irħis. Jista' jiswielek aktar 'il quddiem.
Jekk tkun trid tagħmel xogħol fid-dar tiegħek:
- fittex u qabbel il-prezzijiet għall-prezz li jaqbel għalik
- uża nies tas-sengħa stabbiliti li jipprovdu kwoti bil-miktub
- itlob għad-dettalji ta' kuntatt ta' klijenti li kellhom qabel, biex tkun tista' tiċċekkja r-referenzi
- tiffirma l-ebda ftehim qabel tkun lest/a
- itlob għall-isem sħiħ tal-ħaddiem tas-sengħa u d-dettalji tar-reġistrazzjoni jew tal-liċenzja (jekk dan japplika) biex tkun tista' tiċċekkja dawn mal-awtorità tal-industrija tagħhom
- Itlob għan-numru tan-negozju, biex tkun tista' ċċempel biex tikkonferma jekk il-ħaddiem tas-sengħa jaħdimx għalihom
B'mod partikulari wara diżastri, oqgħod attent/a għal kull min joffrilek ftehim ta' xogħol 'today only' (għal-lum biss) biex isir xogħol ta' tiswija bi ħlas ta' flus kontanti. Għal parir f'diżastru, ara l-paġna tagħna bl-Ingliż Advice in a disaster.
Kif tieħu azzjoni kontra ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor
Biex tgħinna nwissu lill-komunità tiegħek dwar dawn in-nies brikkuni, jekk jogħġbok ippostja links għal din il-paġna fuq il-midja soċjali u Malti fil-forums b'lingwi differenti. Jekk taf b' ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor fejn toqgħod int:
- żomm kemm tista' rekord tal-informazzjoni, bħall-isem tagħhom u r-reġistrazzjoni tal-vettura
- ċempel il-hotline nazzjonali tal-ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor (1300 133 408) bejn it-8:30am u l-5:00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra f'vaganzi pubbliċi)
- irrappurtahom lill-pulizija fil-lokal tiegħek
- ittwittja billi tuża t-Twitter hashtag #stopconmen u segwina f' @consumervic għal aġġornamenti dwar fejn ikunu ħaddiema qarrieqa li jduru minn post għall-ieħor
- ippostja fuq il-paġna tan-National Travelling Con Men Facebook f' facebook.com/StopTravellingConMen
- listen to our information in Macedonian: