Karta tal-fatti dwar id-drittijiet tiegħek skont il-Liġi Awstraljana dwar il-Konsumatur
        
	  	Meta  nista' nieħu l-flus lura?
		Jekk hemm problema rigward l-oġġetti li xtrajt, il-ħanut jista' jagħtik oġġett ieħor, flus lura, isewwi l-oġġett jew xi tip ieħor ta' rimedju. It-tip ta' rimedju disponibbli jiddependi mill-problema.
		
      	X'problemi għandu jirranġa tal-ħanut?
        Bil-ħsara.
   	  	Int intitolat li tieħu lura oġġett bil-ħsara, għax l-affarijiet u s-servizzi għandhom ikunu ta' kwalità aċċettabbli.
        Oġġett hu bil-ħsara jekk:
		
		  	- ma jaħdimx kif  normalment  suppost jaħdem- per  eżempju it-towster tiegħi ma jixwix il-ħobż 
 
		  	- għandu difett - il-buttuna tonda tat-timer tat-towster tiegħi waqgħet ftit wara li xtrajtu
 
		  	- mhix accettabbli fid-dehra jew fil-finitura - it-towster tiegħi għandha xi briex
 
		  	- perikuluża - joħorġu x-xrar mit-towster tiegħi
 
		  	- ma jservix - it-towster tiegħi ma baqgħetx taħdem tlett xhur biss wara  li xtrajtu
 
  	  
  	  Int m'intix intitulat tieħu lura oġġett meta:
		
       		- tal-ħanut qallek (jew wera sinjal) dwar id-difetti moħbija qabel ma xtrajtu 
 
       		- int eżaminajt l-oġġett qabel ma xtrajtu u ma sibt l-ebda difetti li int suppost innotajt 
 
       		- int użajt l-oġġett b'mod 'annormali' jew 
 
       		- int domt ħafna tuża  l-oġġett. 
 
		
		Jien sibt li hu bil-ħsara wara li użajtu.
   	  Int tista' tieħu lura l-oġġett bil-ħsara anki jekk int:
        
       	    - ilbistu jew użajtu 
 
       	    - neħħejt it-tags jew it-tikketti, jew 
 
       	    - neħħejtu mill-pakkett oriġinali tiegħu. 
 
        
        Xtrajt qmies u ilbistha aktar minn darba, imma l-kulur reħa l-ewwel darba li ħsiltha, allavolja imxejt mal-istruzzjonijiet fuq it-tikketta. 
Ma taqbilx mal-kampjun jew mal-mudell tal-wiri.
        Meta tixtri oġġett skont kampjun jew mudell, irid jaqbel mal-kampjun. Jekk l-oġġett hu tant differenti li ma kontx tixtrih, int intitulat għal flus lura.
        Jien ordnajt sufan skont il-kampjun tad-drapp, imma meta wasal, kien ta' kulur differenti mil-kampjun.
		
        Ma jaqbilx mad-deskrizzjoni.
        L-oġġett ma jaqbilx mad-deskrizzjoni ( per eżempju, fuq it-tikketta jew fir-riklam tat-televixin). Jekk hu  tant differenti mid-deskrizzjoni, li ma kontx tixtrih, int intitulat għal flus lura.
        Xtrajt portafol deskritt bħala 'tal-ġilda' fil-katalogu tal-ħanut. Meta wasalt id-dar, sibt li kien tal-vinyl.
        
        Ma jaħdimx kif qalli tal-ħanut.
        Int tista' tieħu lura l-oġġett jekk ma jaħdimx bħalma qallek tal-ħanut.
       	Xtrajt arloġġ, li tal-ħanut qal li nista' nużah waqt li nkun qed nogħdos - imma meta lbistu fil-baħar, imtela' bl-ilma.
        
        Ma jaħdimx kif kont tistenna.
        Int tista' tieħu lura l-oġġett jekk la jaħdem  kif suppost  u l-anqas jilħaq ċertu għan speċifiku jekk:
        
        	- qabel ma xtrajtu, int għidt lil tal-ħanut x'ridtu jagħmel, u
 
       	  - int straħt fuq il-parir ta' dak tal-ħanut, meta għażilt l-oġġett.
 
        
        Għidt lin-negozjant tal-karozzi li ridt karozza li kapaċi  tirmonka d-dgħajsa tiegħi. In-negozjant bgħeli waħda, qal li kapaċi tagħmel dan. Dik il-lejla qrajt  il-manwal tas-sigurtà u sibt li l-karozza l-ġdida ma tistax tirmonka kwalunkwe dgħajsa  mingħajr periklu.
        
        Reġa'  bdieli.
		Ħanut mhux obbligat iħallik tieħu lura kwalunkwe oġġett għas-sempliċi raġuni li reġa’ bdielek. Imma, xi ħwienet, għandhom il-politika tagħhom tal-ħanut biex jagħtuk ħlas lura, jibdlu jew jagħtuk nota tal-kreditu għal xiri 'meta jerġa' jibdilek'.
        
        M'għandix irċevuta.
        Int irid ikollok provi li l-oġġett inxtara mingħand dak il-ħanut. Jekk m'għandekx irċevuta tar-reġistru tal-cash, int tista' turi, per eżempju:
        
       	    - stejtment tal-kard tal-kreditu 
 
       	    - ftehim tal-lay-by 
 
       	    - konfirma jew numru tal-irċevuta minn xirja       permezz tat-telefon jew tal-internet. 
 
        
		Qlajtu rigal
        Dawk li jaqilgħu r-rigali għandhom l-istess drittijiet ta' ħlas lura bħal konsumaturi li jixtru direttament - imma int tista' tieħu biss l-oġġett lura jekk għandek provi tax-xirja. Ara hawn fuq.
        
        Xtrajtu  bis-sale.
        Int għandek l-istess drittijiet ta' ħlas lura fuq affarijiet li xtrajt bis-sale bħal meta tixtri bil-prezz mhux imnaqqas. Din hi r-raġuni għala  hu kontra l-liġi li turi sinjal li jgħid 'ma titħallasx flus lura meta l-affarijiet ikunu bis-sale.'
      	Imma int ma tistax tikklejmja flus lura għall-problemi li tal-ħanut kien qallek dwarhom, jew għal dawk li int messek innutajt meta kont qed teżamina l-oġġett - per eżempju, tikketta mehmuża mal-qmies li tgħid 'prezz imnaqqas - għax hemm punti tal-ħjata li għandhom difett'.
   	  Eżempji ta' affarijiet bis-'sale' jinkludu oġġetti:
		
  			- skontati 
 
  			-  fuq ir-rack tal-'kampjun u sekonds' 
 
  			- mixtri direttament mill-fabbrika. 
 
		
		Xtrajtu secondhand.
        Minn ħanut: Int għandek l-istess drittijiet ta' ħlas lura fuq oġġetti mixtrija second-hand bħal meta tixtri affarijiet ġodda, imma int trid tagħti każ ta’ kemm għandu żmien l-oġġett, il-prezz u l-kondizzjoni meta xtrajt l-oġġett.
		Mingħand bejjiegħ privat: Il-bejjiegħ m'għandu l-ebda obbligu li jagħti flus lura, jibdel jew isewwi l-oġġett li xtrajt mingħandu (pereżempju, f'bejgħ f'garaxx jew permezz ta' riklam ikklassifikat).
		Xtrajtu minn fuq l-internet
		Jekk xtrajt mingħand negozju Awstraljan ta' fuq l-internet, int għandek l-istess drittijiet ta' ħlas lura bħal meta xtrajtu minn ħanut - għajr meta xtrajt l-oġġett minn bejjiegħ privat.
		Ara hawn fuq.
Jien intitolat għal rimedju. Nitħallas flus lura, l-oġġett jissewwa jew ningħata oġġett ieħor minfloku?
        Jiddependi, jekk il-problema hijiex:
        Kbira - ma tistax tissewwa, jew tieħu wisq żmien  jew hi diffiċli ħafna biex  tissewwa.
		Int tista' tagħżel li:
		
       	    - tieħu lura l-oġġett u tagħżel li tingħata l-flus       lura jew oġġett ieħor minfloku, jew
 
       	    - iżżomm l-oġġett u tingħata kumpens għat-telf       fil-valur. 
 
		
		Minuri - jista' jissewwa fi żmien raġjonevoli.
       	Int trid tagħti ċans lil tal-ħanut isewwi l-problema. Huma jagħżlu jekk jagħtukx ħlas lura, isewwuh jew jibdluh. Jekk tal-ħanut jagħżel li jsewwi l-oġġett, hi r-responsabilità tagħhom jirritornawh ( u jieħdu ħsiebu) lill-manifattur.
       
       	Jekk tal-ħanut jieħu wisq żmien jew jirrifjuta jsewwi l-problema, int tista': 
       	
       		- tieħu  l-oġġett lura u titlob  li tingħata l-flus lura jew oġġett ieħor minfloku, jew
 
       		- tqabbad il-ħaddieħor isewwi l-oġġett u titlob lil tal-ħanut iħallas l-ispejjeż raġjonevoli.