Meta tikri d-dar

Skip listen and sharing tools

Meta tibda tikri

Qabel ma tikri propjetà, int ser ikollok bżonn tikseb ftehim tal-kera bil-miktub jew bil-fomm u jkollok flus biżżejjed biex tħallas il-bond.

  • Ftehim tal-kera (magħruf ukoll bħala kuntratt tal-kera (lease)) hu kuntratt bejnek u s-sid tiegħek tal-kera. Hu jindika l-kera, il-bond, it-tul u t-tip tal-kuntratt tal-kera u kundizzjonijiet u regoli oħra.
  • Kun żgur li int tifhem kollox fil-kuntratt tal-kera qabel ma tiffirmah.
  • Akkwista d-dettalji tal-kuntatt ta' sid il-kera jew tal-aġent.
  • Il-biċċa l-kbira tas-sidien tal-kera ser jitolbuk tħallas bond. Jekk int ma żżommx il-propjetà nadifa, tagħmillha l-ħsara jew ikollok tagħti l-kera fit-tmiem tal-kuntratt tal-kera, is-sid tiegħek tal-kera jista' jikklejmja xi parti jew il-bond kollu.
  • Jekk is-sid tiegħek tal-kera jieħu l-bond, huma jridu:
    • jiddepożitawha mar-Residential Tenancies Bond Authority 
    • jagħtuk formola tad-depożitu tal-bond li tkun kompluta biex int tiffirmaha
    • jippreparaw rapport dwar il-kondizzjoni tal-propjetà, li jkun fih nota tal-kondizzjoni ġenerali tal-propjetà. 
  • Ikkuntattja lir-Residential Tenancies Bond Authority jekk ma tirċevix irċevuta tal-bond fi żmien ħmistax-il ġurnata minn mindu ħallast. 
  • L-irċevuta tal-bond hi importanti - titlifhiex. Fi tmiem il-kuntratt tiegħek tal-kera int ser ikollok bżonn l-irċevuta biex tkun tista' tapplika biex tieħu lura l-bond.
  • Sid il-kera jew l-aġent tiegħek iridu jagħtuk żewġ kopji ffirmati tar-rapport dwar il-kondizzjoni tad-dar qabel ma int tidħol fiha. Ara li l-propjetà hi mingħajr periklu u għid lis-sid il-kera jew lill-aġent tiegħek jekk tinnota xi riskji li jistgħu jkunu ta' periklu bħal ngħidu aħna l-fence madwar il-pixxina (pool) ma tkunx tgħodd jew problemi ovvji tal-elettriku. Spezzjona l-propjetà u imla r-rapport, illistja xi ħsara li diġà hemm bħal ngħidu aħna xquq, marki fuq il-ħitan, jew poġġamani mkissrin. Niżżel ukoll fuq ir-rapport dwar il-kondizzjoni tal-propjetà jekk ma taqbilx ma' dak li kiteb sid il-kera jew l-aġent. 
  • Ibgħat lura kopja ffirmata tar-rapport dwar il-kondizzjoni tal-propjetà lis-sid il-kera jew lill-aġent fi żmien tlett ijiem minn meta tidħol fi-dar.
  • Żomm kopja tar-rapport dwar il-kondizzjoni tal-propjetà. Int għandek mnejn ikollok bżonnu fit-tmiem tal-kuntratt tal-kera jekk ikun hemm xi nuqqas ta' qbil dwar min għandu jħallas għat-tindif, ħsara jew bdil ta' affarijet neqsin.
  • Ikkuntattja l-kumpaniji tal-ilma, tad-dawl, tal-gass u tat-telefown li trid int biex tara li dawn huma kkonettjati sakemm tasal biex iġġorr fid-dar il-ġdida. Normalment, hija r-responsabbiltà tiegħek li torganizza dawn is-servizzi u tħallas il-kontijiet. 

Waqt li tkun qed tikri

Int għandek ċerti drittijiet u responsabbiltajiet meta tikri propjetà.

  • Tħallas il-kera tiegħek fil-ħin. Int intitolat li tirċievi rċevuta għal kull ħlas tal-kera. 
  • Żomm il-propjetà nadifa b'mod raġjonevoli. Jekk ma tagħmilx dan, jew jekk tagħmel xi ħsara fil-propjetà, int għandek mnejn ma tiħux lura l-bond kollha fi tmiem tal-kuntratt tal-kera.
  • M'għandekx tagħmel renovazzjonijiet, tibdil jew terġa' tiżbogħ il-propjetà mingħajr il-kunsens ta' sid il-kera.
  • Irrispetta l-paċi u l-privatezza tal-ġirien, u ara li min jiġi jarak jagħmel l-istess. 
  • Is-sid il-kera jew l-aġent tiegħek għandu d-dritt jidħol fil-propjetà, imma jrid tal-anqas javżak 24 siegħa bil-miktub u jgħidlek għala jeħtiegu jidħlu fil-propjetà. Raġunijiet validi huma llistjati fuq il-paġna tagħna dwar id-dħul fil-propjetà minn sid il-kera jew il-propjetarju (Landlord or owner entry to property page). Huma jistgħu jidħlu fil-propjetà fid-data u fil-ħin miftiehem, basta jkun aktar minn sebat ijiem wara l-ftehim. 
  • Avża lis-sid id-dar jew l-aġent tiegħek dwar xi tiswijiet li hemm bżonn isiru. 

    Tiswijiet urġenti

    • Ikkuntattja lis-sid id-dar jew l-aġent tiegħek jekk għandek bżonn tiswijiet li huma urġenti. Tiswijiet urġenti huma affarijiet li jagħmlu l-propjetà perikuluża jew ma tkunx tista' tgħix fiha; per eżempju, ħsara fil-fence madwar il-pixxina (pool), tagħmir tad-dawl jew xi ħeater, servizz tal-ilma li nfaqa', hemm xi saqaf li qed iqattar ħafna, apparat tal-gass fejn qed joħroġ il-gass jew sistema imkissra tal-loki. Tista' ssib lista sħiħa fuq il-paġna tagħna dwar tiswijiet Urġenti (Urgent repairs page)
    • Sid il-kera jew l-aġent għandhom jirrispondu minnufih għal kull talba għal tiswijiet urġenti.
    • Jekk ma tirċevix rispons minnufih mingħand sid il-kera jew l-aġent tiegħek, int tista' tawtorizza it-tiswija sa $1800. Żomm l-irċevuti kollha u niżżel l-attenti tiegħek kollha biex torġanizza tiswijiet urġenti. 
    • Imbagħad int tista' tavża lis-sid il-kera jew l-aġenti tiegħek u titlobhom iħallsuk lura għall-ispejjeż tat-tiswijiet urġenti. Huma għandhom 14-il ġurnata mid-data meta jirċievu l-avviż biex iħallsuk. Il-formoli jistgħu jinkisbu mill-paġna tagħna ta' Formoli u pubblikazzjonijiet (Forms and publications page).
    • Jekk ma tistax tħallas it-tiswijiet urġenti, l-ispiża tat-tiswijiet hi aktar minn $1800 jew sid il-kera ma jridx iħallas, ċempel lil Consumer Affairs Victoria għal parir. 

    Tiswijiet mhux urġenti

    • Agħmel talba bil-miktub lis-sid il-kera jew l-aġent tiegħek fil-każ ta' tiswijiet mhux urġenti. Int tista' tikteb ittra jew tibgħat email jew tuża formoli li jistgħu jinkisbu mill-paġna tagħna ta' Formoli u pubblikazzjonijiet (Forms and publications page)
    • Żomm kopja tal-ittri, l-emails, il-messaġġi text, il-formoli u r-rapporti kollha, biex jekk ikun hemm problema jew xi nuqqas ta' qbil, int ikollok provi tal-miżuri u t-talbiet kollha tiegħek.
    • Ċempel lil Consumer Affairs Victoria jekk is-sid il-kera jew l-aġent ma għamlux it-tiswijiet fi żmien 14-il ġurnata minn meta ngħataw l-avviż.

It-tmiem tal-kuntratt

Meta tkun trid iġġorr mill-propjetà mikrija, int trid tagħti lis-sid tiegħek tal-kera l-ammont korrett ta' avviż u tħalli l-propjetà fi stat nadif.

  • Avża lis-sid il-kera jew l-aġenti tiegħek meta biħsiebek titlaq.
  • Iċċekkja ma' Consumer Affairs Victoria biex tkun taf kemm trid tagħti avviż. Dan ivarja u jiddependi mis-sitwazzjoni tiegħek.
  • Iddiskuti l-ħlas lura tal-bond mas-sid il-kera jew mal-aġent tiegħek.
  • Imla l-formola tal-klejm tal-bond u ibagħatha lir-Residential Tenancies Bond Authority. Din il-formola trid tkun iffirmata minnek u mis-sid il-kera jew l-aġent tiegħek. 
  • Tiffirmax il-formola tal-klejm tal-bond jekk ma taqbilx ma' kemm bond qed jikklejmja s-sid il-kera. Ikkuntattja Consumer Affairs Victoria għal parir bla ħlas. 
  • Qatt ma għandek tiffirma formola vojta tal-klejm tal-bond.
  • Ħallas kwalunkwe kera u kontijiet li għad għandek tħallas.
  • Naddaf il-propjetà u ħu miegħek l-affarijiet tiegħek kollha.
  • Żomm ir-rapport dwar il-kondizzjoni tal-propjetà f'każ ta' xi nuqqas ta' ftehim.
  • Ħalli l-indirizz u n-numru tat-telefon tiegħek mas-sid il-kera jew l-aġent tiegħek biex ikunu jistgħu jikkuntattjawk.
Affarijiet importanti li għandek iżżomm f'rasek
  • Tiffirma xejn għajr meta tifhem xi jfisser.
  • Qatt ma għandek tiffirma formola vojta anki jekk tidher uffiċjali.
  • Żomm kopja ta' kwalunkwe ħaġa li tiffirma.
  • Itlob irċevuta kull darba li jkollok tħallas għal xi ħaġa.
  • Żomm kopja tal-irċevuta tal-bond tiegħek u kwalunkwe irċevuti tal-kera jew tiswijiet f'post sigur.
  • Fittex parir bla ħlas minn Consumer Affairs Victoria jekk għandek xi problema jew mistoqsija dwar il-kera.